-
Party għal Familji fil-Bżonn organizzat minn RTK4Charity
-
Il-Kampnja ta’ RTK4Charity b’risq Familji fil-bżonn tilħaq il-qofol tagħha bejn il-Ħamis u l-Ħadd 22 ta’ Dicembru. Nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2013, fl-Awditorju tas-Seminarju, madwar 250 tifel u tifla minn Familji fil-Bzonn jiltaqgħu għal party organizzat minn Radju RTK u li fih Father Christmas iqassmilhom ir-rigali. Mons Arcisqof Cremona u l-Isqof Awziljarju Mons Scicluna mistennija jzuru lil dawn it-tfal. Il-party jibda fid-9.30am.