Fit-8 ta’ Frar li ġej, Patri Prospero Grech OSA se jkun ordnat Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Għaxart ijiem wara, imbagħad, jiġifieri fit-18 ta’ Frar, il-Papa Benedittu XVI se jinnominah membru tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Patri Prospero hu l-ewwel patri Agostinjan li se jkun nominat Kardinal f’aktar minn 100 sena. Hu se jkun ikkonsagrat Arċisqof minn ħabib kbir tiegħu, il-Kardinal Elett Mons Giuseppe Versaldi, fil-preżent President tal-Prefettura tal-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa Sede. Il-Ko-Konsagranti l-oħra se jkunu l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Pawlu Cremona OP u l-Isqof t’Għawdex, Mons Mario Grech.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com