• ***

    Direttur: Andy Fickman

    Atturi: Kevin James, Neal McDonough, Daniela Alonso, David Henrie, Raini Rodriguez, Loni Love, D. B. Woodside, Eduardo Verastegui u Gary Valentine

    Ħin tal-Film: 94 min

    Klassifika taċ-Ċensura: PG

    Klassifika tal-Knisja: PG

    Paul Blart jinsab  divorzjat mit-tieni mara tiegħu b’riżultat li kien jinsab f’qagħda tassew inkwietat  u mdejjaq. Meta jirċievi stedina biex jattendi konferenza  ġewwa Las Vegas għall- uffiċjali tas-sigurta`, xi ftit jew wisq tgħollilu l-moral. It-tifla tiegħu Maya wkoll tirċievi ittra, iżda ma tgħid xejn lill- missierha fuq il-kontenut tagħha. Mingħajr l-ebda telf ta’ żmien, Blart jerħilha lejn Las Vegas mat-tifla tiegħu. Kif jaslu hemm mill-ewwel isibu ruħhom imdaħħlin fi skema kriminali taħt  il-mexxej ta’ kriminal magħruf Vincent li l-ħsieb tiegħu kien li jisraq dak kollu li kien hemm ta’ valur ġewwa l-każino Sin City.  Vincent kellu kollox imħejji tajjeb u ppjanat tajjeb, iżda qatt ma basar li kien sejjer isib fin-nofs diffikulta` kbira. Fin-nofs jidħol Blart u t-tifla tiegħu Maja u dan b’kumbinazzjoni. Maja isib ruħha f’nofs il-komplot. X’Sejjer jagħmel Blart biex jeħles lil Maya meta din il-qagħda li flimkien mal-maħbub ġdid tagħha, ssib ruħha maqbuda minn Vincent u l-gang tiegħu. Fi  żgur ma kienux sejrin iħallu lil ħadd itellifhom il-pjan tagħhom li jsiru miljunarji fuq is-serq li kienu qegħdin iwettqu ġewwa l-każino. Tgħid Blart isib tarf kif isib lill-bintu u jeħlisha u fl-istess waqt jikxef il-pjan ta’ Vincent?  X’kellha l-ittra li Maya kienet irċeviet  u li ma qalet qatt lil missierha x’kien fiha. Sadanittant Blart kien mistieden biex jgħati diskors lil sħabu li kollha ġew apposta għal din il-konferenża. Kien sejjer ikun f’qagħda li joħroġ ta’ nies?

    Film kummiedja Amerikan,  taħt id-direzzjoni ta’ Andy Fickman u miktub minn Kevin James u Nick Bakay issegwi l-ewwel wieħed li ħareġ fl-2009 bl-isem ta’:  Paul Blart: Mall Cop. Film mimli azzjoni u ċajt bi ftit jolenza. Għandu jgħoġob lil dawk li jħobbu kummiedja ħelwa u sempliċi fil-komplot.  Tajjeb li t-tfal ikunu akkompanjati minn xi adult.