Għadna kemm iċċelebrajna l-festa tan-nawfraġju ta’ San Pawl, jum it-tifkira tal-magħmudija ta’ Malta. Kif din it-tifkira għadha friska, daqstant ieħor għadha friska l-Ordinazzjoni Episkopali tal-Agostinjan Malti, Patri Prospero Grech, li l-ġimgħa d-dieħla jinħatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI.
Żewġ okkażjonijiet li meta jitwaħħdu, jidhrilna li tkun ferm f’lokha riflessjoni dwar il-fidi tagħna l-Maltin bħala poplu, speċjalment quddiem l-isfidi li tpoġġi quddiemna d-dinja tal-lum.
Quddiemna l-kliem tal-Patri Kapuċċin Martin Mamo waqt il-paniġierku li niseġ fil-quddiesa pontifikali fil-knisja ta’ San Pawl Nawfraġu l-Belt ilbieraħ: “Jeħtieġ li nagħrblu u nifhmu verament x’inhi l-fidi tal-lum, waqt li nħallu lil Kristu jagħtina l-formazzjoni tal-qalb”. Patri Mamo ssokta jitkellem dwar il-wirt li San Pawl ħallielna bħala poplu, li qal li “għandu post prominenti fil-karattru Malti”. L-ikbar wirt jidenifikah bħala dak ta’ “Knisja terapewtika” li taqdi bis-sħiħ il-missjoni salvivika tagħha. U hekk tieħu s-sens il-grazzja fid-diżgrazzja tan-nawfraġju.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com