Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu 2023 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.

Din hija s-sitt darba li qed isir dan il-pellegrinaġġ minn żewġ parroċċi ddedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li huwa wkoll btala pubblika.

Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9:15 am.  Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-9:45 am.  Mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw tifkira.  Is-sewwieqa jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa fil-Knisja ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11:00 am.

Din is-sena, din l-inizjattiva se tkun ta’ sostenn u għajnuna għas-Soup Kitchen tal-Franġiskani fil-Belt. 

L-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli Fr David Farrugia jbierek il-muturi waqt il-pellegrinaġġ tal-2022