Hekk kif din is-sena qed jiġu mfakkra l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl Appostlu, l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta se torganizza pellegrinaġġ storiku bl-istatwa ta’ San Publiju fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl.
Dan l-avveniment se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 2 ta’ Lulju 2017, fejn fuq il-Gżejjer se tiġi ċċelebrata wkoll l-Ewkaristija.
L-idea wara dan il-pellegrinaġġ hi li jitfakkar il-martirju ta’ San Pawl, jiġu mfakkra u mġedda l-għeruq Insara tagħna l-Maltin kif ukoll biex jitfakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Publiju ta’ Malta.
Il-pellegrinaġġ se jibda fit-3:30pm minn ħdejn il-Gillieru fejn se jkun hemm il-laneċ lesti biex jitilqu lejn il-Gżejjer.
Kulħadd mistieden jattendi, b’mod partikolari n-nies li għandhom dgħajsa li jistgħu jakkumpanjaw il-pellegrinaġġ bil-baħar permezz tad-dgħajsa tagħhom u bil-bandiera ta’ Malta.
Ritratt: Uffiċċju Kominikazzjoni, Kurja