-
-
Membru tal-Assemblea Leġiżlattiva Indjana qed iħeġġeġ lill-Knisja sabiex tiġbor somma flus u jinħeles Father Tom Uzhunnalil, is-saċerdot li ilu sena li nħataf mit-terroristi waqt li kien qed jgħin lill-foqra fil-Jemen.
Il-membru leġiżlattiv, P.C. George wera t-tħassib tiegħu dwar il-ħtif ta’ Fr Tom u qal li t-talb u l-kliem huma l-unika azzjoni li ttieħdet sa issa sabiex jinħeles, u dan meta t-terroristi jridu biss flus.
“Il-Knisja kattolika trid tieħu l-inizjattiva u tiġbor il-fondi sabiex jitħallasu l-flus li qed jitolbu.
Il-politiku stqarr li hu lest li jagħmel donazzjoni, u ssuġġerixxa li l-knejjes lokali għandhom jagħmlu kolletta apposta sabiex jinħeles Fr Tom.
“Fil-laqgħa li jmiss f’New Delhi, se nitlob lill-Prim Ministru sabiex jgħaġġel il-proċess ta’ għajnuna u jsalva lil Fr Tom,” qal George, waqt li enfasizza li sa issa ma sarx wisq sabiex jitħaffef il-ħelsien.
Fr Tom hu saċerdot Indjan li nħataf waqt li kien qed isir rejd f’dar tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità fil-Jemen, fejn inqatlu wkoll 4 sorijiet. L-attakk sar minn militanti mhux magħrufa, u b’hekk kienet aktar diffiċli għall-awtoritajiet Indjani sabiex jilħqu ftehim dwar il-ħelsien.
Sors: Catholic News Agency