F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li tibda f’Settembru 2013. Hawn taħt qegħdin nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Primarja u t-Tieni Sena Kindergarten.

L-Ewwel Sena Primarja Subien

Għall-ewwel sena primarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti
1b Aħwa 85
1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 15
1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 1
1e Tfal minn skola bla kontinwità 40
12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 12
Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 153

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 153. It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena subien huwa ta’ tlett mija, sebgħa u tmenin (387) post. Peress lit- trasferiment huwa minn skola f’Għawdex dan għandu jiġi magħdud bħala post okkupat. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (153) mit-total ta’ postijiet vakanti (387), dan iħalli total ta’ mitejn erbgħa u  tletin (234) post vakanti.

Total ta’ Postijiet Vakanti 387
Total ta’ Postijiet Okkupati 153
Total ta’ Postijiet li baqa’ Vakanti 234

L-Ewwel Sena Primarja Bniet

Għall-ewwel sena primarja bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti
1b Aħwa 34
1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 5
1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 7
1e Tfal minn skola bla kontinwità 66
12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 5
Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 117

Sebgħa minn dawn l-applikanti talbu trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni f’Malta. Għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati minnhom ma jitnaqqasx mit-total ta’ postijiet vakanti għaliex filwaqt li dawn se jokkupaw post fi skola, iħallu post vakanti fl-iskola fejn kienu jattendu. Mela t-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ 117-7=110.

It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena bniet huwa ta’ mitejn, sebgħa u sittin (267) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (110) mit-total ta’ postijiet vakanti (267), dan iħalli total ta’ mija sebgħa u ħamsin (157) post vakanti.

Total ta’ Postijiet Vakanti 267
Total ta’ Postijiet Okkupati 110
Total ta’ Postijiet li baqa’ Vakanti 157
.
It-Tieni Sena Kindergarten

L-ewwel nixtiequ nħabbru li l-Kindergarten ta’ St Angela l-Belt Valletta se tagħlaq mat-tmiem tas-sena skolastika 2012-2013. Għalhekk iż-żewġ postijiet għall-bniet li  kienet qed  toffri din l-iskola mhux se jkunu offruti. It-tfal li kienu qed jattendu l-ewwel sena kindergarten f’St Angela l-Belt Valletta se jibdew jattendu f’kindergartens oħra ta’ St Angela skont il-kriterju ta’ trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni.

It-Tieni Sena Kindergarten Subien

Għat-tieni sena kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju:

Kriterju Applikanti
1b Aħwa 12
1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 5
1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 5
12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 2
Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 24

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 24. It-total ta’ postijiet vakanti għat-tieni sena kindergarten subien huwa ta’ mija u dsatax (119) il-post. Peress lit-trasferiment huwa mill-kindergarten tal-Belt Valletta dawn għandhom jiġu magħduda bħala postijiet okkupati. Għandna wkoll applikazzjoni tal-aħwa bniet li ma hemmx post għaliha fil-kindergarten fejn għandha tiġi reġistrata. Mela skont ir-regolament se jonqos post ta’ tifel mill-istess skola. Għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti huwa ta’ mija u tmintax (119 – 1 = 118).

Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (24) mit-total ta’ postijiet vakanti (118), dan iħalli total ta’ erbgħa u disgħin (94) post vakanti.

Total ta’ Postijiet Vakanti 118
Total ta’ Postijiet Okkupati 24
Total ta’ Postijiet li baqa’ Vakanti 94
It-Tieni Sena Kindergarten Bniet

Għat-tieni sena kindergarten bniet kellna dan it-total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju:

Kriterju Applikanti
1a Tfal mid-Djar tal-Knisja 2
1b Aħwa 89
1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 16
1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 8
12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 1
Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 116

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 116. It-total ta’ postijiet vakanti għat-tieni sena kindergarten bniet huwa ta’ mitejn wieħed u tmenin (281) post. Ma’ dawn il-postijiet irid jiżdied post ieħor għal tifla li qed tapplika skont il-kriterju tal-aħwa u ma kienx hemm post għaliha (ara spjega hawn fuq). Mela t-total ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 281+1=282. Tnejn (2) minn dawn il-postijiet kienu ta’ St Angela Valletta.  Għalhekk iridu jitnaqqsu mit-total ta’ postijiet vakanti li issa huwa ta’ mitejn u tmenin (280) post.

Sebgħa (7) mit-trasferimenti huma mill-kindergarten tal-Belt Valletta u allura dawn għandhom jiġu magħduda bħala postijiet okkupati.   It-trasferiment l-ieħor ma jitnaqqasx mit-total ta’ postijiet vakanti għaliex filwaqt li dan jokkupa post fi skola oħra, iħalli post vakant fl-iskola fejn kien jattendi.  Mela t-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ 116-1=115.

Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (115) mit-total ta’ postijiet vakanti (280), dan iħalli total ta’ mija ħamsa u sittin (165) post vakanti.

Total ta’ Postijiet Vakanti 280
Total ta’ Postijiet Okkupati 115
Total ta’ Postijiet li baqa’ Vakanti 165
Konklużjoni

Infakkru li fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa.  Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.

Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti jista’ jirriżulta li minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontrol fuqhom jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi preżentata. Għalhekk jista jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha konċernati.