-
Postijiet Vakanti fl-Iskejjel tal-Knisja għall-Ewwel Sena Kindergarten
-
F’Novembru 2013 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2014 għas-sena skolastika 2014-2015. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten.
L-Ewwel Sena Kindergarten Subien
Għall-ewwel sena Kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti:Kriterju Applikanti 1a Tfal mid-djar tal-Knisja 3 1b Aħwa 31 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 5 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 1 Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 40
It-total ta’ applikanti subien huwa ta’ erbgħin (40). Skont Para. 5.1 tar-Regolamenti tad-Dħul, fit-total ta’ applikazzjonijiet għal tfal mid-djar tal-Knisja qed jiġi riservat post f’St Angela Sliema għal tfal li jistgħu jiġu mill-istess dar tal-Knisja ftit qabel ma tibda s-sena skolastika. It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten subien huwa ta’ tmienja u disgħin (98) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (40) mit-total ta’ postijiet vakanti (98), dan iħalli total ta’ tmienja u ħamsin (58) post vakant.Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.
Ukoll fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.
L-Ewwel Sena Kindergarten Bniet
Għall-ewwel sena Kindergarten bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:Kriterju Applikanti 1a Tfal mid-Djar tal-Knisja 2 1b Aħwa 47 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 1 Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 50
It-total ta’ applikanti bniet għall-ewwel sena kindergarten huwa ta’ ħamsin (50). Skont Para. 5.1 tar-Regolamenti tad-Dħul, fit-total ta’ applikazzjonijiet għal tfal mid-djar tal-Knisja qed jiġi riservat post f’St Angela Sliema għal tfal li jistgħu jiġu mill-istess dar tal-Knisja ftit qabel ma tibda s-sena skolastika. It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten bniet huwa ta’ mija u ħmistax-il post (115). Meta nnaqqsu n-numru ta’ applikanti (50) mit-total ta’ postijiet vakanti (115), dan iħalli total ta’ ħamsa u sittin (65) post vakant.Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.
Ukoll fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.
Konklużjoni
Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontrol fuqhom. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi preżentata. Għalhekk jista jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha konċernati.
Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja