• Postijiet vakanti fl-Iskejjel tal-Knisja għall-Ewwel Sena Sekondarja u għas-Sitt Sena Primarja

  • F’Novembru 2013 saru l-applikazzjonijiet skont l-ewwel kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2014. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-ewwel sena sekondarja u għas-sitt sena primarja.
    L-Ewwel Sena Sekondarja Subien

    Din is-sena għandna tlett skejjel (St Augustine, St Paul’s Missionary u Archbishop’s Seminary) li ma għandhomx postijiet vakanti għaliex għandhom it-tfal telgħin mis-sitt sena primarja tagħhom stess. Jista’ jkun li eventwalment xi ħadd iħalli xi waħda minn dawn l-iskejjel. Għalhekk aċċettajna applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju f’każ li jiġri dan. Minn dawn l-applikazzjonijiet għandna total ta’ tmienja li tnejn minnhom qed japplikaw ukoll bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità.
    Din is-sena ġie ntrodott il-kriterju ta’ Każijiet Umanitarji Gravi għal tfal li meta huma jew il-ġenituri tagħhom ġew Malta applikaw għall-ażil (refuġjati) u qed jiġu riżervati seba’ postijiet għal dawn it-tfal.
    Għall-ewwel sena sekondarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

     1a Tfal mid-djar tal-Knisja
     1b Aħwa 43 
     1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja
     1e Tfal minn skola bla kontinwità 97 
     Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 16 
     Total 159 
    It-total ta’ applikanti huwa ta’ 159 imma 2 minnhom applikaw bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità. Għalhekk il-postijiet okkupati se jkun 159 – 2 = 157. Ma’ dawn il-postijiet għandhom jiżdiedu il-postijiet riżervati għal tfal refuġjati u għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ mija erbgħa u sittin (164). It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena sekondarja subien huwa ta’ mitejn disa’ u ħamsin (259) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (164) iħalli total ta’ ħamsa u disgħin (95) post.
    Infakkru li jiġu aċċettati wkoll xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.
    L-Ewwel Sena Sekondarja Bniet
    Għall-ewwel sena sekondarja bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:

     1b Aħwa
     1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja
     1e Tfal minn skola bla kontinwità 24 
     Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi
     Total 35 
    It-total ta’ applikanti huwa ta’ 35 imma 2 minnhom applikaw bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità. Għalhekk il-postijiet okkupati se jkun 35 – 2 = 33. Total ta’ postijiet vakanti huwa ta’ sitta u tletin. Għalhekk it-total ta’ postijiet li baqa’ vakanti huwa tlieta. Jista’ jkun li jiġi aċċettat ukoll xi każ umanitarju gravi.
    Għandna wkoll tlett applikanti għal skejjel li bħalissa ma għandhomx post vakant. Jekk jinħoloq post vakant fl-iskola rilevanti dawn jinkitbu fiha.
    Is-Sitt Sena Primarja Subien
    Għas-sitt sena primarja subien kellna ħames applikanti bil-kriterju tal-Aħwa. It-total ta’ postijiet vakanti għas-sitt sena primarja subien huwa ta’ ħamsa u sebgħin (75) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (5) iħalli total ta’ sebgħin post vakant (70). Infakkru li jiġu aċċettati wkoll xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos.
    Għandna wkoll sebgħa applikanti għal skejjel li bħalissa ma għandhomx post vakant. Jekk jinħoloq post vakant fl-iskola rilevanti dawn jinkitbu fiha.
    Konklużjoni
    Hemm ċans remot li fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.
    Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti jista’ jirriżulta li, minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontroll fuqhom, jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi preżentata. Għalhekk jista’ jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha konċernati.

    Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja