• Postijiet vakanti fl-Iskejjel tal-Knisja għall-Ewwel u għat-Tielet Sena Primarja

  • F’Novembru 2013 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2014 għas-sena skolastika 2014-2015. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel u t-Tielet Sena Primarja.

    L-Ewwel Sena Primarja Subien
    Din is-sena ġie ntrodott il-kriterju ta’ Każijiet Umanitarji Gravi għal tfal li meta huma jew il-ġenituri tagħhom ġew Malta applikaw għall-ażil (refuġjati) u qed jiġu riżervati erbgħa postijiet għal dawn it-tfal.

    Għall-ewwel sena primarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

     Kriterju Applikanti
    1b Aħwa 89
    1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 17
    1e Tfal minn skola bla kontinwità 62
    Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 24
    Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 192
    It-total ta’ applikanti huwa ta’ 192. Ma’ dawn il-postijiet għandhom jiżdiedu il-postijiet riżervati għal tfal refuġjati u għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ mija, sitta u disgħin (196). It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena subien huwa ta’ erbgħa mija, disgħa u tletin (439) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (196) mit-total ta’ postijiet vakanti (439), dan iħalli total ta’ mitejn, tlieta u erbgħin (243) post vakant.

    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.

    Ukoll fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a
    j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.

    Għandna wkoll applikazzjoni tal-aħwa għal skola li bħalissa ma għandhiex post vakant. Jekk jinħoloq post vakant fl-iskola rilevanti l-applikant jinkiteb fiha.

    L-Ewwel Sena Primarja Bniet
    Għall-ewwel sena primarja bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:

    Kriterju Applikanti
    1b Aħwa 36
    1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 6
    1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 6
    1e Tfal minn skola bla kontinwità 73
    Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 8
    Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 129
    Sitta minn dawn l-applikanti talbu trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni f’Malta. Għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati minnhom ma jitnaqqasx mit-total ta’ postijiet vakanti għaliex filwaqt li dawn se jokkupaw post fi skola, iħallu post vakant fl-iskola fejn kienu jattendu. Mela t-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ 129 – 6 = 123.
    It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena bniet huwa ta’ mitejn, disgħa u erbgħin (249) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (123) mit-total ta’ postijiet vakanti (249), dan iħalli total ta’ mija, sitta u għoxrin (126) post vakant.

    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.

    Ukoll fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.

    Għandna wkoll erbgħa applikazzjonijiet għal skola li bħalissa ma għandhiex postijiet vakanti. Jekk jinħolqu postijiet vakanti fl-iskola rilevanti l-applikanti jinkitbu fiha.

    It-Tielet Sena Primarja Subien
    Għat-tielet sena primarja subien kellna tliet applikanti bil-kriterju tal-Aħwa u tliet applikanti bil-kriterju tal-Impjegati. It-total ta’ postijiet vakanti għat-tielet sena primarja subien huwa ta’ ħamsa u sebgħin (75) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (6) iħalli total ta’ disgħa u sittin post vakant (69). Infakkru li minn dan l-ammont għad irid jitnaqqsu l-każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju u l-applikanti oħra li jikkwalifikaw skont Para. 3.1 tar-Regolamenti tad-Dħul.

    Għandna wkoll għaxar applikanti għal skejjel li bħalissa ma għandhomx post vakant. Jekk jinħoloq post vakant fl-iskola rilevanti dawn jinkitbu fiha.

    Konklużjoni
    Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontrol fuqhom. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi preżentata. Għalhekk jista jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha konċernati.

    Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja