F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2013 għas-sena skolastika 2013-2014. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten.

L-Ewwel Sena Kindergarten Subien

Għall-ewwel sena Kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti
1b Aħwa 49
1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 3
Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 52

It-total ta’ applikanti subien huwa ta’ 52. It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten subien huwa ta’ sebgħa u sebgħin (77) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (52) mit-total ta’ postijiet vakanti (77), dan iħalli total ta’ ħamsa u għoxrin (25) post vakanti.

Total ta’ Postijiet Vakanti 77
Total ta’ Postijiet Okkupati 52
Total ta’ Postijiet li baqa’ Vakanti 25

L-Ewwel Sena Kindergarten Bniet

Għall-ewwel sena kindergarten bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti
1a Tfal mid-Djar tal-Knisja 2
1b Aħwa 49
1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 4
Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 55

It-total ta’ applikanti bniet għall-ewwel sena kindergarten huwa ta’ ħamsa u ħamsin (55). It-total ta’ postijiet vakanti għall-ewwel sena kindertgarten bniet huwa ta’ wiehed u disgħin  (91) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ applikanti (55) mit-total ta’ postijiet vakanti (91), dan iħalli total ta’ sitta u tletin (36) post vakanti.

Total ta’ Postijiet Vakanti 91
Total ta’ Postijiet Okkupati 55
Total ta’ Postijiet li baqa’ Vakanti 36

Konklużjoni

Infakkru li fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa.  Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.

Infakkru li jiġu aċċettati wkoll xi każijiet umanitarji gravi, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos.

Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti jista’ jirriżulta li minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontrol fuqhom jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi preżentata. Għalhekk jista jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha konċernati.

Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja                                                                  15 ta’ Frar 2013