Il-Papa Benedittu XVI ħatar lill-Isqof Gerhard Ludwig Muller, li kien Isqof ta’ Regensburg, Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Issa ngħata wkoll id-dinjita ta’ Arċisqof. Mal-kariga li ngħata, sar ukoll President tal-Kummissjoni Pontifiċja ‘Ecclesia Dei’, il-Kummissjoni Bibblika Pontifiċja u l-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali. Il-predeċessur tiegħu, il-Kardinal William Joseph Levada, irriżenja mill-kariga minħabba raġunijiet t’eta.

IT-TLIETA, IL-PAPA GĦAL CASTELGANDOLFO

Intant, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iqatta’ x-xhur tas-sajf fir-residenza tas-sajf f’Castelgandolfo.

Bħas-soltu, l-udjenzi privati u speċjali jkunu sospiżi, waqt li l-udjenzi ta’ kull nhar t’Erbgħa – sospiżi tul Lulju – jingħataw mill-Erbgħa l-1 t’Awwissu minn Castelgandolfo.  Fil-Ħdud u s-solennitajiet f’dal-perjodu, it-talba tal-Angelus issir ukoll mill-Palazz Appostoliku.