Il-Papa Benedittu XVI ħatar lill-Arċisqof Fernando Filoni, ta’ 65 sena, bħala Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli. Il-Vatikan ħabbar li l-Arċisqof se jkun qed jieħu post il-Kardinal Ivan Dias, ta’ 75 sena, li rriżenja minħabba l-eta, wara li għamel ħames snin kap ta’ dan id-dekasteru li jieħu ħsieb il-ħidma missjunarja tal-Knisja.

Il-Kongergazzjoni tieħu ħsieb il-ħidma tal-Kumitat Suprem tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji tat-tixrid tal-fidi, ta’ San Pietru l-Appostlu, fost oħrajn.

Bħalissa tiġbor fiha disgħa u erbgħin membru: ħamsa u tletin kardinal, ħames Arċisqfijiet, żewġ Isqfijiet, erba’ Diretturi tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji u tliet Superjuri Ġenerali. Hemm ukoll kulleġġ ta’ konsulenti minn diversi pajjiżi.

L-Arċisqof Filoni serva diġa bħala Nunzju Appostoliku għall-Iraq, il-Ġordan u l-Filippini. Kien ukoll rappreżentant tal-Vatikan fi Sri Lanka, l-Iran u l-Brażil.

Imwieled f’Manduria l-Italja,hu kien ordnat saċerdot fl-1970. Kien ordnatIsqof mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II fl-2001.