-
-
Il-Papa Franġisku ħatar lill-Professur Joachim von Braun bħala l-president il-ġdid tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi.
Il-Professur von Braun hu Professur fl-Ekonomija u l-Bidla Teknoloġika kif ukoll direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka fl-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja.
L-għan tiegħu hu li l-Akkademja tfittex soluzzjonijiet għall-inugwaljanza u l-qerda tal-ambjent.
Il-Professur von Braun qal li r-rwol tal-Akkademja hu uniku fid-dinja tax-xjenza għaliex hi “akkademja globali” u mhi affiljata ma’ ebda pajjiż speċifiku.
Saħaq li t-80 membru li jiffurmaw l-Akkademja Xjentifika tal-Papa, ġejjin minn pajjiżi u realitajiet reliġjużi differenti u ħafna minnhom rebħu premijiet Nobel għall-kontribuzzjoni tagħhom fix-xjenza.
“Għalhekk,” kompla jgħid, “l-Akkademja saret istituzzjoni influwenti fil-qasam tax-xjenza.”
Sors: Radju tal-Vatikan