Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, nhar it-Tlieta 17 ta’ Awwissu, 2010, l-istess parroċċa għazlet it-tema tal-Verġni Mqaddsa Marija, bidu tal-ferħ tagħna. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa quddiesa li fiha kien iċċelebrat id-don tal-ħajja. Fi tmiem, hu mexxa mument qasir ta’ talb biex imbagħad madwar 35 tarbija li twieldu lil ġenituri residenti f’Ħad-Dingli fl-aħħar sena ġew ippreżentati lil Santa Marija. Kull tarbija ngħatat tifikira tal-okkażjoni, bl-Arċisqof Cremona kellu ċ-ċans ukoll li jitkellem b’mod informali mal-ġenituri ta’ dawn it-trabi.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.