-
Professjoni solenni fi ħdan il-Provinċja tal-Karmelitani Tereżjani u Ġublew tad-Deheb għal Patri Ewsebju Debono
-
Professjoni solenni fi ħdan il-Provinċja tal-Karmelitani Tereżjani
Fra Karm Spiteri, flimkien ma’ għaxar reliġjużi ta’ nazzjonalita oħra, għamel il-professjoni solenni u perpetwa tiegħu fil-kappella tal-Kulleġġ Internazzjonali tal-Fakultà Pontifiċja ‘Teresianum’ f’ Ruma.
Fra Karm Spiteri, imwieled iż-Żejtun, iżda bil-familja f’dawn l-aħħar għoxrin sena toqgħod f’Ta’ Xbiex, daħal bħala postulant fost it-Tereżjani fl-2008. Hu kien għamel xi snin żmien jaħdem l-Ingilterra mal-Posta Rjali.
Fit-13 ta Settembru 2009 beda n-Novizzjat mal-Provincja Ġenoviża fid-Deserto Di Varazze. Sena wara beda l-istudju tiegħu fil-Kulleġġ Beda, u residenti fit-Teresianum ta’ Ruma. Hu mistenni li jitressaq għad-djakonat f’Ġunju li ġej.
-
-
Ġublew tad-Deheb
Patri Ewsebju Debono twieled il-Ħamrun minn Gerald u Modesta Debono fit-28 ta’ Novembru 1936. Għadda t-tfulija tiegħu l-Mużew u l-Azzjoni Kattolika minn fejn nibtet fih il-vokazzjoni religjuza. Daħal mal-patrijiet Tereżjani ta’ Bormla fil-21 ta’ Settembru 1955 fejn għamel sena novizjat u wara ma’ tlett reliġjużi oħra ġie mibgħut l-Italja fejn għamel l-istudji filosofiċi. L-istudji teoloġiċi għamilhom f’Malta. Fil-21 ta’ Dicembru 1963 ġie ordnat sa`erdot. Wara s-superjuri bagħtuh Ruma biex jagħmel kors ta’ sena dwar il-psikoloġija pastorali.
Lura Malta ġie assenjat għall-kunvent ta’ Bormla fejn dam sal-1984. Minn dak in-nhar sal-lum qeda fil-kunvent f’Tas-Silġ. Hawn flimkien ma’ P. Redent Azzopardi, li llum qiegħed fejn il-Mulej, huma kellhom l-inkarigu li jirranġaw dan il-kunvent biex isir Dar tat-Talb. Bl-għajnuna finanzjara mill-Ġermanja miġjuba minn P. Piju Sammut, Provinċjal f’dak iż-żmien, setgħu jagħtu bidu għar-refurbishment tal-post. Sentejn wara ngħata bidu għad-Dar tal-Irtiri. Kull min sar superjur warajh kollha ssoktaw itejbu dan il-post.
P. Ewsebju ċċelebra l-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali flimkien ma’ ħutu reliġjużi fil-kappella tal-kunvent ta’ S. Tereża tal-Bambin Ġesù, f’Birkirkara.