L-Oratorju MSSP Birkirkara, taħt it-tmexxija ta’ Fr Martin Cilia, qed jistieden lil kull min hu nteressat biex jattendi rtir tal-Avvent li ser isir nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru, mid-9:00 a.m. sas-1:00 p.m. Din l-attività hija waħda mill-iniżjattivi li bdew f’Ottubru u jibqgħu sejrin sa’ Ġunju 2012 bħala parti mill-programm pastorali tal-Oratorju MSSP li jinkludi korsijiet bibliċi, laqgħat ta’ katekeżi, irtiri u esperjenza ta’ qrar kull l-ewwel Ħamis tax-xahar bejn is-6:30 p.m. u t-8:30 p.m.
Hija x-xewqa tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li l-Oratorju jkun ċentru ta’ katekeżi għall-adulti, fejn tingħata prijorita l-Kelma ta’ Alla. Is-soċjetà tilqa’ bil-ferħ lil dawk kollha li jixtiequ japprofondixxu t-tagħlim nisrani u jsaħħu l-mixja tal-fidi tagħhom bil-Kelma ta’ Alla. Hija l-Kelma ta’ Alla li sosstni u tmantni lin-Nisrani tul it-tlugħ u l-inżul tal-ħajja. Huwa propju għalhekk li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qed tistieden lil dawk kollha nteressati biex jingħaqdu magħha fl-irtir tal-Avvent jew f’wieħed mill-attivitajiet tal-programm pastorali 2011 – 2012.
Min jixtieq aktar dettalji għandu jċempel fuq 99277648 jew e-mail [email protected]
Agħfas hawn biex tniżżel il-programm kollu.