• Fl-okkażjoni tas-Solennità tal-martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl (l-Imnarja), il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Katidral tal-Imdina ser ikun kif ġej. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.


    L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2017

    5:15pm: Il-Kapitlu Metropolitan joħroġ proċessjonalment għall-Palazz tal-Arċisqof  biex jakkumpanja u jwassal lill-Arċisqof Charles J. Scicluna sal-Katidral.                              

    5:45pm: Translazzjoni tar-Relikwi.

    6.00pm: Quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali.


    Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju 2017

    7.00am: Tifħir ta’ sbiħ-il jum kantat.

    7.30am: Jasal l-Arċisqof Scicluna.

    7.45am: Purċissjoni għall-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl ir-Rabat u lura għall-Katidral. Immexxi Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna.

    9.30am: L-Arċisqof flimkien mal-Kapitlu Metropolitan imexxi Quddiesa Pontifikali.

    5.00pm: It-Tieni Għasar kantat, repożizzjoni tar-relikwiji u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi Monsinjur Dun Alwiġ Deguara.

    6.00pm: Quddiesa tal-ħin.