• It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016 – Velja ta’ Talb fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja
    8:00 p.m. – L-Arċisqof Charles J. Scicluna imexxi Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmelo Zammit, Isqof-elett ta’ Ġibiltà. Matul il-Velja, Monsinjur Arċisqof ibierek l-Insinji Episkopali li ser jintużaw dakinhar tal-Ordinazzjoni Episkopali. Mons. Zammit twieled u trabba l-Gudja, u jgħix hemmhekk.
     
    Il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 (Festa Solenni tat-Twelid tal-Verġni Marija) –

    L-Ordinazzjoni Episkopali fil-Katidral tal-Imdina
    9:15 a.m. – L-Eminenza Tiegħu l‑Kardinal Vincent Nichols, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof Ralph Heskett u l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Carmelo Zammit, jimxu mill-Palazz tal-Arċisqof sal-Katidral tal-Imdina fejn jiġu milqugħa mill-membri tal-Kapitlu tal-Katidral, u jimxu sal-Kappella tas-Santissmu Sagrament għal mument qasir ta’ talb. 
    9:30 a.m. – Tibda l-Quddiesa Solenni. Iċ‑ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ser titmexxa mill‑Eminenza Tiegħu l‑Kardinal Vincent Nichols. L-Isqfijiet kokonsagranti huma l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Ralph Heskett. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM u fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. 
     
    Il-Ħadd 11 ta’ Settembru 2016 – Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja
    8:45 a.m. – Il-korteo, immexxi mill-Isqof Carmelo Zammit, jitlaq mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien, akkumpanjat minn qraba u miż-żewġ baned tal-Gudja, il-Banda La Stella u l-Banda Marija Assunta, għall-Knisja Arċipretali ta’ Marija Assunta, il-Gudja. 
    9:45 a.m. – Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla, immexxija mill-Isqof Carmelo Zammit.