L-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. se jżur Malta fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, belt twelidu.
Dettalji tal-Programm:
Il-Ġimgħa 3 t’Awwissu
12.30pm: Il-Kardinal jasal Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
It-Tnejn 6 t’Awwissu
12:00pm: Il-Kardinal jiltaqa’ mal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arcisqof
Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu:
8.15am: Il-Kardinal Grech jasal ħdejn id-daħla prinċipali tal-Birgu fejn jingħata merħba mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall. Wara jibda korteo bis-sehem tal-poplu Vittorjosan li jwassal il-Kardinal sal-Knisja ta’ Santa Skolastika minn fejn tibda l-purċissjoni tal-quddiesa sal-Kolleġġjata.9.30am: Pontifikal Solenni ta’ Jum San Lawrenz immexxi mill-istess Kardinal flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru. Il-Kapitlu tal-Kolleġjata jaħtar lill-istess Kardinal bħala Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata tal-Birgu. Fi tmiem il-Pontifikal, il-Kunsill Lokali ser jippreżenta l-unur “Ġieh il-Birgu” lill-Kardinal Prospero Grech O.S.A.