27 ta’ Frar – 4 ta’ Marzu, 2010
Is-Sibt, 27 ta’ Frar
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Ħal Għaxaq fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili ta’ Ħal Għaxaq.
It-Tnejn, 1 ta’ Marzu
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-Żjara Pastorali.
It-Tlieta, 2 ta’ Marzu
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-istess Paroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-paroċċa ta’ Ħal Għaxaq.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq.
L-Erbgħa, 3 ta’ Marzu
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Paroċċa ta’ Ħal Għaxaq.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Paroċċa ta’ Ħal Għaxaq.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppji Mexxejja ta’ l-istess Paroċċa.
Il-Ħamis, 4 ta’ Marzu
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment mas-saċerdoti ta’ Ħal Għaxaq.
12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Ħal Għaxaq flimkien, u joqgħod magħhom għall-ikel.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet.
6.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parokjali.