6 – 8 ta’ Marzu, 2010
Is-Sibt, 6 ta’ Marzu
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Manikata, u wara jiltaqa’ man-nies.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bdiewa mill-Paroċċa tal-Manikata.
Il-Ħadd, 7 ta’ Marzu
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-Paroċċa tal-Manikata.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali tal-Manikata u wara jibqa’ għall-ikel magħhom.
It-Tnejn, 8 ta’ Marzu
5.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku u jiltaqa’ mal-Katekisti fil-Parroċċa tal-Manikata, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni mill-parroċċa tal-Manikata li jixtiequ jkellmuh.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-Manikata.