Il-Ġimgħa, 16 ta’ Marzu
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-parroċċa ta’ Pembroke, Fr Rene Vella, dwar iż-żjara pastorali fil-parroċċa.
Is-Sibt, 17 ta’ Marzu
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa , fiċ-Ċentru Pastorali.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.
Il-Ħadd, 18 ta’ Marzu
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja, fiċ-Ċentru Pastorali.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili, fiċ-Ċentru Pastorali.
It-Tlieta, 20 ta’ Marzu
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu u l-ġenituri tagħhom fil-Knisja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Pastorali.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fiċ-Ċentru Pastorali.
Il-Erbgħa, 21 ta’ Marzu
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, fiċ-Ċentru Pastorali.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, fiċ-Ċentru Pastorali.
7.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali fis-Sala Parrokkjali.
Il-Ħamis, 22 ta’ Marzu
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ta’ Pembroke.
Is-Sibt, 24 ta’ Marzu
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwali u wara jiekol magħhom.