It-Tlieta 4 ta’ Ġunju
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan dwar il-Viżta Pastorali li se ssir fil-Parroċċa tiegħu, fil-Kurja.
Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizzazzjoni, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Sant’ Antnin.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-leaders tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti u wara maż-żgħażagħ, fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin.
Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju
11.00 a.m. L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies.
12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità tal-Patrijiet Franġiskani u jiekol magħhom.
It-Tnejn 10 ta’ Ġunju
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fl-Uffiċċju Parrokkjali.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu għal katekeżi fil-Museum
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummisjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin.
L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni Individwali li jixtiequ jkellmuh fuq il-Parroċċa.
7.15 p.m. L-Arċisqof jżur id-Dar tas-Sależjani Osanna Pija, Tas-Sliema.
Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju
9.15 a.m. L-Arċisqof jżur il-komunità tas-Sorijiet Franġiskani fil-monasteru tagħhom.
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja fl-Uffiċċju Parrokkjali.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija fl-Uffiċċju Parrokkjali.
It-Tnejn 17 ta’ Ġunju
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu għal katekeżi fl-Uffiċċju Parrokkjali.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Ħamis 20 ta’ Ġunju
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali.