SEJJAĦTLI – IL-ĦAMIS 2 TA’ ĠUNJU – FID 9.00PM  fuq FAVOURITE TV –  b’REPETIZZJONI L-ĦADD FL-4.00PM

Tema: Il-Ġurnaliżmu u l-Media

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  Din il-ġimgħa ser jiddiskutu r-risponsabbilta’ tal-ġurnalist, tax-xandar li jwassal l-aħbar kif inhi, bil-verita kollha meħtieġa biex ikun hemm ġustizzja lejn il-persuni li jkunu qed jissemmew.   Imma kif qed naraw anke xi kultant sfaċċatament, donnu ma baqax etika ġurnalistika, kulħadd jitfa’ t-tajn biex imbagħad kważi jkun impossibbli li tiġbru.  Dan sew?  Dawn huma l-valuri li missirijietna tant kienu jisħqu bihom.   Tant kienu jagħtu mportanza għalihom, għaliex donnu wasalna f’sitwazzjoni li tant tisma’ u taqra verżjonijiet ta’ storja li ma tkunx taf liema hija l-verżjoni vera?

Fr Joe Inguanez bħal kull ġimgħa jikteb features li jkomplu jqajmu d-diskussjoni.


UĊUĦ live fuq NET TV nhar l-Erbgħa  l-1 ta’ Ġunju fid- 9.35PM.

Tema: Il-Media.

Preżentazzjoni: Marthese Brincat

Informazzjoni: ĊAM Productions international hija dar ta’ produzzjoni fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (mssp),   li l-għan tagħha huwa li xxandar il-kelma t’Alla u l-valuri nsara.  Għalhekk għall-okkażjoni tal’ Jum Dinji tal-Komunikazzjoni, UĊUĦ ser jittratta l-mission statement ta’ din il-kumpanija, kif bdiet u għaliex.

X’inhuma l-problemi li l-aktar li taffaċċja, u x’inhuma d-diversi proġetti li wettqet  u li tixtieq twettaq?

Nitkellmu wkoll dwar il-maratona Oħloq Tbissima, li din is-sena ser issir bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju,  li diġa qed isiru tħejjijiet għaliha.

BIL-KELMA T-TAJBA – fuq ONE TV nhar il-ĦAMIS  2 ta’ Ġunju fil-5.00PM b’REPETIZZJONI L-ĦADD  fis-7.30am

Preżentazzjoni: Edward Wright

Evangelju: It-tlugħ tal-Mulej fis-sema

Informazzjoni: Edward Wright  għal-ġimgħa oħra jerġa’ jżur kappella oħra ħelwa li tispira storja antika u sabiħa tal-kultura u l-ambjent malti.   Fr Marcello jkompli jispjega mil-lat storiku tal-ġrajja li nsibu fl’evanġelju ta’ din il-ġimgħa, wara li nkunu smajna storiku jispjega kif bdiet l-istorja ta’ din il-kappella u anke kif matul iż-żmien tranġat biex illum għadu jsir quddies fiha.   Il-kappillan wkoll jispjega kif wieħed jista’ jgħix l-evanġelju llum il-ġurnata.

GĦAŻLIET ‘live’ fuq Education 22 nhar it-Tlieta  31 ta’ Mejju 2011 – fid- 9.00pm b’repetizzjoni il-Ħamis fil-11.00am, il-Ħadd fl-4.30pm u it-Tnejn fin 12.30pm

Tema: Il-Media u l-mezzi tal-komunikazzjoni.

Prezentazzjoni: Christine Delicata

Informazzjoni: Għall-okkażjoni tal-45 Jum dinji tal-Komunikazzjoni li jiġi ċċelebrat f’Ġunju, l-Papa dejjem joħroġ messaġġ għax-xandara kollha, fejn dejjem iħeġġiġhom biex dak li jgħidu u jiktbu jkun mibni fuq il-verita’ u fuq is-sewwa.  Fl-era diġitali  bħall-internet u dak kollu li jġib miegħu, fejn jista’ wkoll jiġi użat ħażin, huwa mportanti li dawn il-mezzi kollha jkunu mezz ta’ unita’ u verita’ li wara kollox huma l-aspirazzjonijiet ta’ kull individwu.

Allura Christine Delicata ser tistaqsi propju dan.  Il-media, il-mezzi ta’ komunikazzjoni qed jintużaw għall-ġid u l-formazzjoni tal-bniedem?  Kemm hu faċli jew diffiċli li dawn il-mezzi jkunu abbużati?  Vera qed tingħad il-verita’ kollha?

Il-mistiedna ta’ Christine ser iwieġbu dawn u aktar mistoqsijiet waqt il-programm GĦAŻLIET li jixxandar dirett mill-istudios ta’ ĊAM Productions international għal E22.

Wieħed jista’ jipparteċipa bit-telephone jew bl-sms.

Sejjaħtli, Uċuħ, Bil-Kelma t-Tajba u Għażliet huma produzzjonijiet ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-programmi tista’ tinstab fis-sit www.camcpi.org li huwa sit mimli informazzjoni interessanti inkluż informazzjoni dwar il-programmi li jittellgħu minn ĊPi u dwar l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fiċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja (CAM).