SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l- repetizzjoni l-Ġimgħa fit -3.00pm u l-Ħadd fl-10.30am
Tema: Id-Divorzju
Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.
Infomazzjoni: X’jaqbel għall-poplu Malti? X’inhuma d-diffikultajiet li insibu f’pajjizi oħra fejn hemm id-divorzju.? Kif taffettwa lit-tfal? Il-fatt li aħna nsara għandha tagħmel xi differenza meta nigu biex nivvutaw fuq din l-issue tad-divorzju.? Qed nidħku bina nfusna meta ngħidu li nemmnu fi Kristu imma ma nemmnux f’dak li qal? Xi tfisser kuxjenza ffurmata? Iffurmata fuq xiex u minn xiex?
Dan u aktar flimkien mal-mistiedna oħra fl-istudios u ukoll mal-features li Fr Joe Inguanez jikteb apposta għall-programm.
UĊUĦ – Live fuq NET TV nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2011 fid-9.35pm b’repetizzjoni il-ĦADD wara l-aħbarijiet tas-2.00pm.
Tema: l-Annullamenti tal-Knisja
Informazzjoni: Veru li jqumu ħafna flus? Veru li hemm dewmien żejjed? Veru li min irid u min għandu l-flus jieħdu? X’tgħid il-liġi Kanonika
dwar l-annullamenti? It-tribunal ekklesjastiku kif jiggarantixxi li jekk ikun hemm xi nuqqas f’persuna waħda li tieħu l-annullament, din ma terġax tiżżewweġ lil ħaddieħor?
Feature miktub minn Fr Peter Serracino Inglott, u Alfred Mallia jikteb il-play fejn permezz ta’ atturi, joħloq diskussjoni biex il-programm ikun aktar interessanti u naraw lenti oħra ta’ dak li jkun qed jiġi diskuss.
Preżentazzjoni: Marthese Brincat
Bil-Kelma t-Tajba – fuq ONE TV nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2011 fil-5.00pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis-7.30am
Inżuru: Kappella fiz-Zejtun
Informazzjoni: Edward Wright din il-ġimgħa ser jeħodna f’kappella oħra ħelwa ħafna fiż-Żejtun.
Fil-fatt diġa rajna xi kappelli oħra f’dan il-post ta’ storja. Fit-tieni parti Fr Marcello Ghirlando ofm jagħtina spjegazzjoni ta’ l-evanġelju mil-lat storiku. Illum ser naqraw l-evanġelju meta Ġesu’ tela’ fuq il-muntanja Tabor u ħa miegħu lil Pietru, Ġakbu u Ġwanni, fejn esperjenzaw it-trasfigurazzjoni ta’ Ġesu’. Il-Kappillan taż-Żejtun jispjega it-tifsira ta’ dan l-evanġelju u kif nistgħu ngħixuh illum.
Preżentazzjoni: Edward Wright
GĦAŻLIET – ‘Live’ fuq Education 22 nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l-Ħadd fl-4.30pm.
Tema: Il- valur tal-Ħajja
Informazzjoni: Min għandu dritt għall-ħajja li tah Alla? Il-bniedem għandu dritt li meta ma jkunx jiflaħ ibati aktar, iqabbad lill xi ħadd biex joqtlu? Minn meta l-bniedem jissejjaħ bniedem? Mill-ġuf jew minn meta jitwieled? Żewġ suġġetti li ser iqanqlu ħafna argumenti. Xi kultant meta tkun qed titkellem donnu l-bniedem iħoss li ma jimpurtahx minn dak li Alla jixtieq minnu, u jippretendi li jwaqqaf u jagħmel dak li jrid, għax jaħseb li hu għandu dritt fuqu nnifsu. Imma b’deċiżjoni ħażina, x’effett jista’ jħalli fuq l-istess persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni.? Dan u aktar ma’ Christine Delicata u mal-mistiedna fl-istudios, kif ukoll ma’ l-istorja vera li tikteb Christine u mal-feature li jikteb Fr Louis Mallia mssp.
Prezentazzjoni: Christine Delicata
Sejjaħtli, Uċuħ, Bil-Kelma t-Tajba u Għażliet huma produzzjonijiet ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.
Aktar informazzjoni dwar dawn il-programmi tista’ tinstab fis-sit www.camcpi.org