UĊUĦ – Live fuq NET TV nhar l-Erbgħa 5 ta’ Jannar 2011 fid-9.35pm b’repetizzjoni il-ĦADD wara l-aħbarijiet tas-2.00pm.
Tema: Id-dixxiplina – Kemm hu importanti li t-tfal jitilgħu b’dixxiplina? U x’tip ta’ dixxiplina għandna nuzaw? Meta għandna nużaw id-dixxiplina?
Tlett mistiedna jiġu jiddiskutu separatament dan is-suggett wara li nsiru nafuhom ftit aktar mil-lat personali.
Alfred Mallia ser jerġa jikteb silta ta’ drama dwar is-suggett anke sabiex it-telespettaturi jifhmu aħjar it-tema. Fr Peter Serracino Inglott ukoll bl-għerf tiegħu, imma b’mod sempliċi, jiddiskuti dan is-suġġett permezz tal-kitba tieghu. It-telespettaturi huma mistiedna jipparteċipaw fil-programm billi jċemplu fuq 21445544 jew jibgħatu sms fuq 50613710.
Preżentazzjoni: Marthese Brincat
SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar it-Tlieta 6 ta’ Jannar 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l-Erbgħa fit-3pm u l-Ħadd fl-10.30am
Tema: Il-Fiduċja
Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.
Għal din is-sensiela Fr Joe Inguanez – soċjologu – ser jikteb tlett features qosra li ser jirrelataw mas-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.
It-tema ser tiġi ttrattatha minn lenti differenti, minn sitwazzjonijiet differenti, minn opinjonijiet differenti. Rokna differenti minn tas-soltu ser tkun intervista ma’ artist fejn ser jagħtina nformazzjoni dwar pittura jew skultura speċifika li jkun għamel, il-ħsieb warajha u dak li ried iwassal.
BIL-KELMA T-TAJBA – Il-Ħamis 6 ta’ Jannar 2011 fil-5.00pm fuq ONE TV b’repetizzjoni l- Ħadd fis-7.30am
Inżuru: Kappella fil-Birgu
Evanġelju: Il-Maghmudija ta’ GesuDin il-ġimgħa Edward Wright ser jerġa’ jżur kappella oħra fil-Birgu fejn fiha jinsabu rikezzi ta’ pitturi u oġġetti oħra sagri.
Il-prezentatur Edward Wright ser jitkellem mal-kappillan dwar l-Evanġelju, filwaqt li Fr Marcello Ghirlando ofm, ser jagħti tagħrif tal-kuntest storiku.
GĦAŻLIET – fuq Education 22 nhar it-Tlieta 4 ta’ Jannar 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l-Ħadd fl-4.30pm u t-Tnejn ta’ wara, fin-nofs siegha.
Tema: Maħfra
Omm tista’ taħfer lit-tifla li ma tkunx trid tieħu ħsiebha issa li kibret u ma tistax tieħu ħsieb tagħha nnifisha minhabba mard? Tifla tista’ taħfer lil Ommha li tefgħetha l-barra għax ħarġet tqila u ma tafx min hu l-missier? Tifel jista’ jaħfer lil missierhu li għandu l-business tiegħu u lilu qatgħu kompletament minnu? Dawn huma sitwazzjonijiet li niltaqghu maghhom kuljum. Huma sitwazzjonijiet li mhux dejjem wieħed jista’ jsib soluzzjoni għalihom. GĦAŻLIET permezz tal-mistiedna fl-istudios, ta’ l-esperjenza u ta’ l-istorja li jipprezenta fil-bidu tal-programm jipprova jagħti tweġibijiet għal dawn il-mistoqsijiet.
Prezentazzjoni: Christine Delicata