Ir-refuġjati li jħallsu l-bolla għandhom igawdu minn benefiċċji soċjali jekk jispiċċaw bla xogħol, kif ukoll jiġu mgħejjuna biex jixtru l-mediċini li ma jaffordjawx.

Dawn huma wħud mill-proposti mressqa mill-Kummissjoni Emigranti u Refuġati fl-okkazjoni ta’ Jum ir-Refuġjati 2010 u li sabu l-appoġġ tal-Jesuit Refugee Service.

Fi stqarrija maħruġa iktar kmieni din il-ġimgħa, waqt laqgħa ta’ studju li nżammet f’Dar l-Emigrant, il-Kummissjoni Emigranti ressqet numru ta’ suġġerimenti ntiżi biex inaqqsu t-tbatija tar-refuġjati u dawk li għandhom protezzjoni umanitarja f’Malta.

Jum ir-Refuġjati din is-sena se jiġi mfakkar mill-Aġenżija tal-Ġnus Maqgħuda għar-Refuġjati nhar il-Ħadd li ġej.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com