Ilbieraħ filgħodu saret pubblika l-lista tax-xhieda li se jissejħu fil-ġuri kontra Paolo Gabriele u Claudio Sciapelletti, li huma rispettivament akkużati b’serq aggravat u kompliċitá fil-każ ta’ dokumenti sigrieti tal-Papa li spiċċaw fil-media.
Ix-xhieda fil-każ kontra Claudio Sciarpelletti huma Mons Carlo Maria Polvani, William Kloter, Gianluca Gauzzi Broccoletti u Domenico Giani. Fil-każ kontra Paolo Gabriele, ix-xhieda huma Cristina Cernetti, Giuseppe Pesce, Mons. Georg Gaenswein, Costanzo Alessandrini, Luca Cinitia, Stefano De Santis, Silvano Carli u Luca Bassetti.
Kienet ukoll pubblika r-risposta għal mistoqsija li saret waqt l-informazzjoni li kienet qed tingħata lill-mezzi tal-istampa nhar il-Ħamis li għadda, li implikat li l-ġuri kien se jsir mingħajr “maġistrat”. F’ġuri kriminali, b’differenza minn ġuri ċivili, normalment ma jkunx hemm rapport fiċ-ċirkustanzi tal-każ. Id-dokumenti ppubblikati fit-13 t’Awwissu li għadda meta l-akkużati ntqal li kellhom jgħaddu ġuri, flimkien mal-istqarrija aktar kmieni mill-Promutur tal-Ġustizzja, diġa kienu deskrizzjoni suffiċjenti tal-każ fid-dettall.