“L-Internet fil-ġungla u stejjer oħra” huwa l-isem ta’ ktieb maħruġ mill-Uffiċċju Missjunarju. Imżejjen b’illustrazzjonijiet oriġinali ta’ Monique Mallia, il-ktieb fih numru ta’ stejjer b’tagħlima u b’temi missjunarji. Kull minn jixtri kopja mill-ktieb ikun qed jgħin lil Uffiċċju Missjunarju jwettaq proġetti tas-Santa Infanzja f’diversi pajjiżi tal-missjoni, fosthom il-Bolivia, l-Indja, il-Filippini, iż-Żambja, u l-Mali.
Uħud mill-proġetti li twettaq is-Santa Infanzja hemm il-bini ta’ skejjel u swali fejn kongregazzjonijiet jistgħu jakkomodaw lit-tfal, proviżżjoni ta’ ikel, ilma nadif u mediċini għat-tfal, assistenza lil orfanatrofji, u għajnuna biex jixxandar l-Evanġelju anki fl-aktar villaġġi remoti tad-dinja. F’Malta, l-Opra Missjunarja tas-Santa Infanzja illum tissejjaħ ukoll Children Helping Children.
It-tnehid tal-ktieb sar nhar il-ġimgħa 10 ta’ Jannar fil-kulleġġ San Benedittu, Skola Primarja, Birżebbuġa. L-Uffiċċju Missjunarju jixtieq jirringrazzja lil Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu kif ukoll il-Kap tal-Iskola Primarja għal kooprerazzjoni biex titella’ din l-attività.
Kull min jixtieq jakkwista dan il-ktejjeb jista’ jiġi l-Uffiċċju Missjunarju, jew iċempel fuq 2123 6962 jew jibgħat email fuq
[email protected]