-
-
L-attakki terroristiċi li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat, fil-belt ta’ Pariġi, fil-belt ta’ Bejrut u f’diversi pajjiżi oħra, jaħsdu r-rutina u s-sigurezza ta’ kull wieħed u waħda minnha. Għalina li nsegwu fil-media, joħolqu wkoll rabja lejn min jipprova jnissel sens ta’ biża’ dwar il-futur.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re, qal li quddiem it-terroriżmu għandu jkollna l-qawwa li ġejja minn Alla biex nirreżistu t-tentazzjoni li nirrispondu l-vjolenza bi vjolenza jew b’vendetta. “Dan hu li jfisser li taħfer lill-għadu tiegħek”, qal l-Arċisqof.
Filwaqt li nibqgħu viġilanti u nitolbu għall-vittmi ta’ dawn l-attakki terroristiċi, il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena jistedinna biex nitolbu għall-grazzja li naħfru lil dawk li lilna weġġgħuna. Hija l-maħfra li teħlisna u li twassal għar-rikonċiljazzjoni li ġġib il-paċi li tant għandna bżonn fil-familji tagħna, f’pajjiżna, fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja. Hija l-maħfra li permezz tagħha Alla jsawwab fuqna l-ħniena tiegħu, u permezz tal-ħniena naslu biex naħfru lil xulxin.
Agħfas hawn biex tara d-diskors tal-Arċisqof fuq YouTube.