Quddiesa bil-Malti mis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù r-Rabat fid-9:30am
Quddiesa bl-Ingliż mis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù r-Rabat fl-10:30am
Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata f’Ħal Balzan fil-11:30am
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem.
Ammen.
Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.