Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina fis-6pm, se ssir quddiesa għall-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi li mietu fl-aħħar tnax-il xahar.
Din il-quddiesa ssir kull sena fl-ewwel Tlieta ta’ Novembru bħala tifkira ta’ ħutna li ddedikaw ħajjithom għas-servizz tal-Mulej u tal-oħrajn. Fil-bidu jinqraw l-ismijiet tas-saċerdoti, il-patrijiet u s-sorijiet li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem minn Novembru li għadda.
Il-quddiesa se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna. Il-provinċjali rġiel u s-saċerdoti huma mistiedna jikkonċelebraw.
Ir-reliġjużi nisa u l-lajċi huwa mistiedna jieħdu sehem f’dan is-suffraġju.