Nhar is-Sibt 15 ta’ jannar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċeebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, għall-koppji li żżewġu matul is-sena 2010.
Fil-messaġġ tiegħu, waqt l-omelija, l-Arċisqof Cremona qal li ħadd m’għandu jidħol bejn koppja miżżewġa; u l-individwi li daħlu għas-sagrament taż-żwieġ għandhom iżommu r-rabta tal-kunsens taż-żwieġ u jibqgħu fidili lejn xulxin. Monsinjur Cremona fisser kif mhux iċ-ċirkustanzi jagħmlu ż-żwieġ iżda hi l-imhabba li tibdel iċ-ċirkustanzi; u saħaq fuq l-importanza tal-maħfra fir-relazzjoni bejn il-koppji. L-Arcisqof qal li filwaqt li l-futur hu mistur, il-Mulej jimxi mal-koppji miżżzewġa fil-ħajja tagħhom.
Intant, nhar il-Ħadd, 13 ta’ Frar 2011, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewgu din is-sena. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6.30 p.m. Dawn iż-żewġ attivitajiet ġew organizzati mill-Moviment ta’ Kana.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]