Fil-parroċċa ta’ Marsaskala kull 4 xhur issir quddiesa speċjali għall-koppji li qed jistennew tarbija sabiex jitolbu barka fuq l-omm u t-tarbija fil-ġuf tagħha bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li tħares lill-ommijiet u t-trabi fil-ġuf.

Il-quddiesa li jmiss se ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fil-11:30am fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn. 

Hemm ukoll tradizzjoni li tinxtegħel xemgħa ta’ Sant’Anna waqt il-ħlas, bħala talba biex Sant’Anna tingħaqad fit-talb għan-nisa li se jsiru ommijiet. Ix-xemgħa tista tinkiseb mill-Knisja ta’ Wied il-Għajn. 

Għal din il-quddiesa mistiedna wkoll il-ġenituri li kellhom tarbija biex jirringrazzjaw lil Alla u jippreżentawha quddiem Sant’Anna. 

Għal aktar informazzjoni ara l-avveniment fuq Facebook.