Il-Ġimgħa, 24 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ċċelebra l-Quddiesa ta’ lejlet il-Milied fil-Katidral tal-Imdina (ritratti).
Nhar il-Milied, l-Arċisqof mexxa Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann. Intant nhar il-Ħadd, 28 ta’ Diċembru, mid-9.30am sal-11.30am, l-Arċisqof se jkun fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt, biex jilqa’ lil kull min jixtieq iżuru personalment biex jagħtih l-awguri ta’ żmien il-Milied u l-bidu ta’ Sena Ġdida. L-Arċisqof se jkun akkumpanjat mill-Isqof Annetto Depasquale.
Fil-31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof imexxi l-Konċelebrazzjoni ta’ Jum il-Paċi 2010, li ssir fil-Konkatidral, fil-5.30pm. Jitkanta wkoll it-Te Deum. Jum il-Paċi jiġi ċċelebrat fl-Ewwel Jum tas-sena.
Il-Quddiesa li l-Arċisqof jiċċelebra fil-bidu ta’ sena ġdida għall-koppji li jkunu żżewġu fis-sena li tkun għadha kemm intemmet se ssir nhar is-Sibt, 9 ta’ Jannar 2010, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fis-6.30pm.
Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa għall-għarrajjes fil-Knisja tal-Kappuċċini, Floriana, fis-6.30pm.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.