Nhar il-Ħadd 16 ta’ Diċċembru 2012, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Tommaso Caputo iċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fi tmiem il-missjoni diplomatika tiegħu f’Malta bħala Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede.
Fl-10 ta’ Novembru li għadda, il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Mons. Caputo bħala Arċisqof tal-belt ta’ Pompei u Delegat Pontifiċju għas-Santwarju tal-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju ta’ Pompei.
Mons. Tommaso Caputo nħatar Nunzju Apostoliku għal Malta fit-3 ta’ Settembru 2007 u ġie kkonsagrat Isqof, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, fid-29 ta’ Settembru. Fis-6 ta’ Diċembru 2007 huwa beda l-hidma tiegħu f’Malta bil-preżentazzjoni tal-kredenzjali tiegħu lill-President Eddie Fenech Adami u b’ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, li saret fis-7 ta’ Diċembru. Mons. Caputo kien ukoll id-Dekan tal-Korp Diplomatiku akkreditat f’Malta.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]