Is Secularisation on the Reverse Gear?
Bejn il-membri ta’ socjetajiet post-moderni, l-element li jiddomina huwa s-setgha ta’ l-gharfien iktar milli l-poter li taghti s-sahha fizika. Fatturi dominanti f’dawn is-socjetajiet huma l-kapitalizmu, il-post-industrijalizazzjoni, l-urbanizazzjoni, ir-razzjonalizmu, ix-xjenza, it-teknologija u s-sekularazzjoni. Kollettivament dawn il-karatteristici jikkonstitwixxu ghal sfidi kbar, kemm ghall-relazzjonijiet, kif ukoll ghall-istess istituzzjonijiet ta’ dawn is-socjetajiet, mhux l-inqas l-influwenza tal-knisja. David Martin jaghti definizzjoni semplici ghas-sekularizazzjoni, jigifieri, “dak kollu li jista’ jolqot hazin lir-religjon, inkluz perezempju l-introduzzjoni ta’ ligijiet li jippermettu l-abort u l-ewtanazja.”
Li c-caqliqa mir-religjon ghas-sekularizazzjoni hija wahda dritta, hija assunzjoni inkorretta skont David Martin. Huwa jishaq li din is-suppozizzjoni hija immeriha minn numru ta’ korrelazzjonijiet u osservazzjonijiet empirici. Fl-analizi tieghu fuq is-sekularizazzjoni, David Martin ha wahda milli iktar perspettivi wisa’ li s-socjologisti qatt kienu hadu. Huwa hares lejn diversi socjetajiet u studja l-bidliet fl-irwoli li assumiet ir-religjon. L-istudju tieghu wera li hemm xejriet kontrastanti fil-prattici religjuzi f’socjetajiet avvanzati industrijalment. Barra minhekk, huwa sab differenzi interessanti f’numru ta’ socjetajiet individwali. Il-lokazzjoni, l-istorja, il-kultura, l-etnicita`, l-influwenzi esterni, is-sistema tal-klassijiet socjali u dik politika, kollha jikkontribwixxu b’modi differenti u b’livelli varji ghall-process tas-sekularizazzjoni. Mill-istudji tieghu David Martin sab li niccec partikolari fis-socjeta` huwa aktar kapaci jipprotegu l-identita` taghhom minn ohrajn. Huwa jargumenta li f’socjetajiet moderni, l-irwol tar-religjon huwa determinat minn fatturi partikolari bhal: livell tal-pluralizmu religjuz u r-religjon dominanti; is-sistema politika u l-korrelazzjoni bejn il-knisja u l-istat; kif ukoll il-livell ta’ kemm religjon tghin biex jinkiseb nazzjonalizmu, religjozita` u/jew identita` etnika. David Martin ikkonkluda li l-processi varji li huwa imlaqqa’ taht it-terminu sekularizazzjoni mhumiex necessarjament marbuta flimkien, dan ghaliex skont hu matul iz-zmien dan it-terminu kiseb tifsira wiesa’.