-
L‑Arċidjocesi ta’ Malta tavża li m’għandhix x’taqsam ma’ kull tip ta’ propoganda li ssir taħt l‑isem Maltese Catholics United for the Faith, filwaqt li tirrispetta d‑dritt tal‑libertà tal‑espressjoni ta’ kull individwu jew entità oħra.
L‑Arċidjocesi ta’ Malta twassal it‑tagħlim tal‑Knisja mingħajr ma tuża ebda isem ieħor, u tħeġġeġ lil kulħadd biex fit‑3 ta’ Ġunju li ġej jaqdi dmiru b’responsabbiltà, kif qalu l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl‑Ittra Pastorali għall‑Elezzjoni Ġenerali 2017.