Hemmhekk

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’postijiet

fejn nibnu s-solidarjetà.

Hemm kotra kbira!

Hemmhekk kulħadd iħossu marbut ma’ xulxin

b’rabta li ma tinħallx.

Hemmhekk kulħadd hu magħqud

għax kull persuna għandha dejjem

il-ferħ u l-paċi fiha.

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’pajjiżi

fejn hi meħtieġa l-maħfra.

Hu ambjent aħrax,

li jkexkxek!

Hemmhekk bħal ma hemm bżonn

li jwarrbu l-armi

hu meħtieġ ukoll

li jinħelsu minn kull xewqa għall-vendetta.

Jeħtieġ li l-vittmi jerġgħu jibdew jitkellmu

ma’ dawk li ġabu l-qerda

u weġġgħuhom.

Int, Mulej,

dejjem issejħilna

biex nitilqu

u mmorru f’postijiet

fejn nistgħu ngħixu

ta’ vera bnedmin!