It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-Żjara Pastorali.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-istess Paroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-paroċċa ta’ Ħal Għaxaq.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar dwar iż-Żjara  Pastorali li kienet saret fil-Parroċċa tiegħu.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Paroċċa ta’ Ħal Għaxaq.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Paroċċa ta’ Ħal Għaxaq.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppji Mexxejja ta’ l-istess Paroċċa.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment mas-saċerdoti ta’ Ħal Għaxaq.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Ħal Għaxaq flimkien, u joqgħod magħhom għall-ikel.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet, Hal Għaxaq.

6.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien, Hal Għaxaq.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parokjali tal-Paroċċa ta’ Hal Għaxaq.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa dwar ir-rapport taż-żjarat pastorali, fil-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi konferenza mogħtija minn Enzo Bianchi, fl-Universita’ ta’ Malta.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali fil-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Manikata, u wara jiltaqa’ man-nies.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bdiewa mill-Paroċċa tal-Manikata.

Il-Ħadd

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-Paroċċa tal-Manikata.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali tal-Manikata u wara jibqa’ għall-ikel magħhom.