F’għeluq il-quddiesa li ġabet fi tmiem il-25 Kungress Ewkaristiku Nazzjonali, il-Papa Benedittu XVI talab it-talba tal-Angelus fit-tarzna ta’ Ancona. Qabel ir-reċita tat-talba Marjana, il-Kap tal-Kattoliċi fakkar lil dawk kollha preżenti li “l-Angelus jistedinna biex nimitaw lil Marija l-iktar Qaddisa fil-kontemplazzjoni tal-għajn ta’ mħabba li minnha joħroġ is-Sagrament tal-Ewkaristija”. Il-misteru ewkaristiku qal li “iġib ħajja l-preżenza ta’ Kristu mqajjem mill-mewt, Hu li hu għajn ta’ tama u serħan fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, speċjalment fil-mumenti l-iktar diffiċli”.’
Fl-għaxar anniversarju mill-attakki fuq l-Istati Uniti tal-Amerika, li seħħew preċisament nhar il-11 ta’ Settembru 2001, il-Papa fada f’idejn Alla lill-vittmi u l-familjari tagħhom. Żied jgħid, “nistieden lill-mexxejja tal-iStati differenti, lil dawk kollha ta’ rieda tajba, sabiex jirrifjutaw dejjem il-vjolenza u jwarrbu l-idea li l-vjolenza tista’ tkun xi forma ta’ soluzzjoni għal xi problema. Nistedinhom ukoll jirreżistu t-tentazzjoni tal-mibgħeda u jirsistu fil-ħidma tagħhom fis-soċjeta, ħidma lit kun imqanqla u ispirata mill-prinċipji tas-solidarjeta, tal-ġustizzja u tal-paċi”.