Kull sena, fl-1 ta’ Jannar, il-Papa jgħinna niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Paċi b’messaġġ speċjali li fih jistedinna nirriflettu fuq il-missjoni importanti tagħna li nibnu l-paċi. It-tema magħżula għall-2024 hija: ‘Intelliġenza Artifiċjali u Paċi’.
F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tħeġġeġ il-familji, komunitajiet, knejjes u parroċċi kollha biex fl-1 ta’ Jannar jew fil-ġranet qrib din il-festa, jinġabru f’mument ta’ talb, riflessjoni jew adorazzjoni fis-skiet biex jitolbu għad-don tal-paċi, b’mod speċjali għal dawk il-persuni li l-aktar qed ibatu minħabba l-kunflitti li għaddejjin bħalissa.
Għal dan il-għan, l-istess Kummissjoni ħejjiet ukoll serje ta’ riżorsi li jistgħu jgħinu fit-tħejjija ta’ dan il-mument:
Nitgħallmu:
- Il-messaġġ tal-Papa (Ingliż)
- Sommarju tal-messaġġ (Ingliż)
- Nintroduċu t-tema (Ingliż / Malti)
Nirriflettu:
- 10 mistoqsijiet għad-diskussjoni (Ingliż / Malti)
- Punti għall-omelija fis-Solennità ta’ Marija, Omm Alla (Ingliż / Malti)
- Reflessjoni mill-Isqfijiet Ewropej (Ingliż)
Nitolbu:
- Talb tal-fidili (Ingliż / Malti)
- Talb għal waqt adorazzjoni (Ingliż / Malti)
- Talba għall-paċi mill-Papa Franġisku (Ingliż / Malti)
Sors: Kummissjoni Ġustizzja u Paċi