It-tielet riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Joseph Galea-Curmi fuq it-tema Ġużeppina ‘Jisma’ u jilqa’ r-Rieda tal-Missier’. L-Isqof Galea-Curmi jfiehem xi tfisser meta ngħidu li nisimgħu lil Alla jkellimna, l-istess kif l-anġlu tal-Mulej kellem lil Ġużeppi. U jitkellem dwar kif kull bniedem hu msejjaħ għal vokazzjoni partikolari u kif il-vokazzjoni mhux biss nagħżluha imma tagħżel lilna.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021. Is-Sena Ġużeppina tnediet mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika Patris Corde. Din l-ittra tmiss ma’ seba’ temi mill-ħajja tal-maħbub San Ġużepp.


Għal iktar tagħrif dwar Behold, żur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram, fejn tista’ ssib akkumpanjament fit-talb kuljum. Agħfas hawn biex tinkiteb fin-newsletter li tintbagħat darba fil-ġimgħa bi tħejjija għall-Ħadd. Tista’ tibgħat il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tiegħek fuq [email protected].