Nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2024 sar il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies li jsir ta’ kull sena fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar fl-ewwel Ħadd tar-Randan. Wara l-pellegrinaġġ saret quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja ċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Fi tmiem l-omelija, l-Arċisqof talab lill-Madonna tal-Grazzja “tbierek lil pajjiżna u tnissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna l-barkiet tad-dehen, tal-ħniena, tas-saħħa, tal-għaqda u s-sliem.”