-
Matul ix-xahar ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz Levita Martri, il-Birgu.
Matul il-Viżta Pastorali l-Arċisqof Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u matulha ta l-Ewwel Tqarbina lil tmintax-il tifel u tifla. Fl-erbat ijiem li qatta’ fil-Birgu l-Arcisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal, iż-żgħażagħ, il-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili kif ukoll mas-sorijiet Benedittini u l-patrijiet u t-terzjarji Dumnikani li jagħtu sehem fil-Birgu.
-
-
-
-
-
-
-