-
-
Fir-Randan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar lill-priġunieri żgħażagħ fil-Faċilità Korrettiva tal-CoRRS (Centre of Residential Restorative Services), fl-Imtaħleb. Din iż-żjara saret bħala parti mil-laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel ma’ żgħażagħ minn realtajiet differenti, bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Frangisku. Is-Sinodu ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan.
Matul iż-żjara tiegħu fil-CoRRS, l-Arċisqof kellu wkoll djalogu mar-residenti żgħażagħ, tfajliet u ġuvintur, u baqa’ magħhom ghall-ikel. L-Arċisqof kien akkumpanjat minn Mariella Camilleri, Assistent Direttur tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.
Fi tmiem iż-żjara l-Arċisqof Scicluna rringrazzja lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-istaff tal-CoRRS talli quddiem sitwazzjonijiet diffiċli li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’ħajjithom, joħolqu ambjent li joffri tama għall-futur tagħhom.
-
-
-
-
-
-
Ritratti: CoRRS