L-Isqfijiet Amerikani qed jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni fil-Jum Dinji tat-Talb għall-Vokazzjonijiet billi joffru riżorsi biex jintużaw fil-ġurnata tal-15 ta’ Mejju li matulha se ssir iċ-ċelebrazzjoni dis-sena. It-tema għat-48 Jum Dinji huwa ‘Proposing Vocations in the Local Church’ – marbuta mal-promozzjoni tal-vokazzjonijiet fil-Knisja lokali.
L-Isqfijiet ġeddew l-appell tal-Papa Benedittu XVI, li fil-messaġġ tiegħu għal dan il-Jum, qal li kull komunita nisranija , kull membru tal-Knisja, jeħtieġu jħossu r-responsabbilta għall-promozzjoni tal-vokazzjonijiet.
“Hu importanti li wieħed jinkoraġixxi u jappoġġja lil dawk li juru indikazzjoni ta’ sejħa għall-ħajja saċerdotali jew għall-Ħajja Ikkonsagrata, li twassalhom biex iħossu l-ispirtu tal-komunita sħiħa fid-disponibilta lejn Alla u lejn il-Knisja”.
L-Arċisqof Robert Carlson ta’ St.Louis, li huwa Ċermen tal-Kumitat tal-Isqfijiet Amerikan dwar il-Kleru, il-Ħajja Kkonsagrata u l-Vokazzjonijiet, qabel li “lkoll għandna responsabbilta li nistiednu żgħażagħ sabiex jevalwaw is-sejħa li Alla qed jagħmlilhom”.
Il-Konferenza Amerikana tal-Isqfijiet Kattoliċi qed jistiednu djoċesijiet, parroċċi u organizzazzjonijiet biex jillinkjaw mas-sit internet www.ForYourVocation.org u jużaw ir-riżorsi offruti.