It-talba lill-Madonna ta’ Lourdes, Att ta’ fiduċja fil-Madonna, ġiet tradotta bil-Malti minn Michael Caruana. It-talba ġiet stampata fuq wara ta’ santa bix-xbiha tal-Madonna ta’ Lourdes u qed titqassam miċ-Ċentru Informazzjoni tas-Santwarju f’Lourdes stess.

Michael Caruana, l-awtur tal-ktieb Pass, Pass f’Lourdes fil-Madwar – Ġabra ta’ tagħrif u esperjenzi, u tour leader ta’ pellegrinaġġi għal Lourdes sa mill-1988, qaleb din it-talba għall-Malti u ġiet stampata fuq wara ta’ santa bix-xbiha tal-Madonna ta’ Lourdes.

Din hi l-ewwel darba fl-istorja tas-Santwarju ta’ Lourdes li talba bil-Malti qed titqassam minn hemmhekk. Mijiet ta’ Maltin kull sena jmorru Lourdes fi gruppi jew għal rashom għal tlett jew erbat ijiem.